Tuesday, April 15, 2025

Mewta “sfortunata” għad-deputat chairman tal-Lego

… Weġġa’ waqt li kien f’vaganza fi skiing resort fl-Alpi

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ħarġet l-aħbar tal-mewta traġika tad-deputat chairman tal-kumpanija ġganteska Lego, Michael Halbye. Huwa tilef ħajtu s-Sibt li għadda f’inċident li sofra waqt li kien vaganza fi skiing resort fl-Alpi.

Halbye, li huwa wkoll ħabib kbir tal-familja rjali Daniża, wara l-inċident sfortunat ittieħed l-isptar b’ħelikopter iżda miet ftit wara b’emoraġija interna.

Dan l-inċident ifakkarna wkoll għal dak li kellu r-rebbieħ tal-Formula 1, Michael Schumacer, li huwa wkoll kien waqt vaganza jiskijja meta weġġa’ serjament u spiċċa paralizzat. Riċentament tajna aġġornament li Schumacher tilef ukoll il-fakultà li jitkellem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport