Saturday, December 28, 2024

“Mexjin lejn ir-rebħa” – il-President Ukren

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li diġà waslu f’punt ta’ bidla strateġika u mexjin lejn ir-rebħa.

F’filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali, huwa qal: “Diġà ilna niġġieldu għal-libertà tagħna għal 16-il jum. Dan huwa erba’ darbiet itwal minn dak li l-għadu ppjana għall-invażjoni tiegħu. Erba’ darbiet itwal. Kontra l-armata, li kienet meqjusa bħala l-aktar b’saħħitha fid-dinja. Bit-tama li l-Ukreni jċedu.”

Zelenskyy qal li l-Ukreni huma nies kburin li dejjem jiddefendu arthom.

“Naf li ħafna nies bdew iħossuhom għajjiena. Nifhem. Din hija l-ħajja. Din hija gwerra. Din hija ġlieda. Għad hemm bżonn iż-żmien. Il-paċenzja għadha meħtieġa.”

Filwaqt li qal li impossibbli jgħidu kemm baqa’ ġranet biex jilliberaw l-art Ukrena. “Iżda huwa possibbli li ngħidu li se nagħmlu dan. Se nagħmlu hekk għax stinkajna għal dan u għax diġà wasalna f’punt ta’ bidla strateġika. Diġà mexjin lejn l-għan tagħna, lejn ir-rebħa tagħna. Din hija gwerra patrijottika, gwerra ma’ għadu iebes ħafna.”

Huwa qal ukoll: “L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel aktar. Għandha tagħmel aktar għalina, għall-Ukrajna u għaliha nnifisha. Dan li qed nistennew. In-nazzjonijiet Ewropej kollha qed jistennew.”

Ekonomija

Sport