Il-midfielder ta’ Birkirkara Alexander Satariano u Shona Zammit ta’ Swieqi United rebħu l-unur tal-Player tas-Sena tal-kategoriji tal-irġiel u tan-nisa rispettivament waqt il-Malta FA Awards 2025, li saru nhar il-Ġimgħa li għadda.
Il-premju tal-Player Barrani tas- Sena intrebaħ mill-attakkant ta’ Birkirkara Maxuell Maia da Silva, filwaqt li Darren Abdilla ta’ Floriana għeleb lil Stefano De Angelis ta’ Birkirkara u lil Paul Zammit ta’ Sliema Wanderers għall-premju tal-Coach tas-Sena.
Il-Premju għall-Aħjar Goal tas- Sena intrebaħ minn Carlo Zammit Lonardelli ta’ Floriana għall-kanunata mill-bogħod kontra Gzira United fit-360Sports Malta Premier.
L-istaġun impressjonanti ta’ Sven Xerri għal Hamrun Spartans, flimkien mal-prestazzjonijiet tiegħu mat-team nazzjonali ta’ Malta U21, rawh jirbaħ l-unur tal-BOV Żagħżugħ Player tas-Sena, filwaqt li d-duo ta’ Valletta Brandon Paiber u Zak Barbara rebħu l-BOV Player tas-Sena u ż-Żagħżugħ Player tas- Sena (Irġiel) rispettivament, u temmew l-istaġun notevoli tagħhom permezz tar-rebħ ta’ dan it-titlu.
Julian Azzopardi ta’ Birzebbuga St Peter’s Montekristo u Ferdinando Apap ta’ Victoria Hotspurs ġew inkurunati l-Aħjar Players tal-IZIBET National Amateur League 1 u 2 rispettivament.
Rabat Ajax rebħu l-Fair Play Award għal din is-sena, filwaqt li l-Football Social Responsibility Award ingħata lil Hamrun Spartans għax-xogħol tal-club fuq Hamrun Hanin, li jinkludi kampanji dwar l-edukazzjoni, id-diżabbiltà, l-inklusżżività u l-ġlied kontra d- diskriminazzjoni.
Il-President’s Award ingħata lill-eks-player internazzjonali Malti Joe Cini, filwaqt li l-Gozitan Achievement Award intrebaħ mill-player attwali tat-team nazzjonali tan-Nisa u l-attakkant ta’ Sheffield United Maria Farrugia.
L-aqwa avveniment ta’ din is-sena kien it-tħabbira tal-Best XI of All Time liema premju speċjali nħoloq bħala parti mill-125 Anniversarju tal-FA ta’ Malta.
Għal dan il-premju, ġew ikkunsidrati l-voti mingħand il-partitarji, l-amministraturi, il-coaches, l-uffiċjali tal-logħob, il-ġurnalisti, ir-riċerkaturi, il-kittieba, kif ukoll il- preżentaturi tal-programmi sportivi.
Il-pubbliku seta’ jissottometti l-preferenza tiegħu għal kull pożizzjoni, b’aktar minn 800 vot mill-pubbliku.
Il-midfielder ta’ Birkirkara u tat-team nazjonali tan-nisa ta’ Taħt is-17-il sena, Maia Gauci, ngħatat it-titlu tal-Assikura Player tas-Sena tal-Youths.
Antonio Briguglio sar l-ewwel referee li ġie introdott fil-Hall of Fame tal-MFA. Huwa beda l-karriera tiegħu lura fl-1960 u serva aktar minn 16-il sena fuq il-Panel tal- FIFA, u mexxa l-Finali lokali tal-FA Trophy disa’ darbiet, sitta minnhom konsekuttivament. Fl-2022, ingħata l-’Midalja għall-Qadi tar-Repubblika’ għas-servizz sinifikanti tiegħu lill-isport Malti.
Il-Premju tal-President ingħata lil Joe Cini, li kien membru tal-ewwel team nazzjonali ta’ Malta li ffaċċja lill-Awstrija lura fl-1957.
Huwa għandu 18-il logħba internazzjonali f’ismu, u mexxa wkoll lil Malta bħala captain kontra l-Ingilterra, fl-1971. Il-karriera tiegħu tinkludi perjodu ma’ Queen’s Park Rangers, fejn sar l-ewwel player Malti li lagħab u skorja f’kompetizzjonijiet Ingliżi.
Is-serata, li kellha attendenza tajba ħafna, sar fid-DoubleTree by Hilton.
Il-lista sħiħa tal-premjijiet ippreżentati hija din:
– Assikura L-Aqwa Player tal-Youth League (Nisa): Maia Gauci (Birkirkara)
– L-Aqwa Player tal-Youth League (Irġiel): Zak Barbara (Valletta)
– BOV Player Żagħżugħ tas-Sena: Sven Xerri (Hamrun Spartans)
– L-Aħjar Player tal-IZIBET National Amateur League 1: Julian Azzopardi (Birzebbuga St Peter’s Montekristo)
– L-Aħjar Player tal-IZIBET National Amateur League 2: Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)
– Fair Play Award: Rabat Ajax
– The Gozitan Achievement Award: Maria Farrugia (Sheffield United)
– Player Barrani tas-Sena: Maxuell Maia da Silva (Birkirkara)
– Premju tal-President: Joe Cini
– The Football Social Responsibility Award: Hamrun Spartans Football Club
– L-Aqwa Player tal-BOV Challenge League: Brandon Paiber (Valletta)
– Coach tas-Sena: Darren Abdilla (Floriana)
– Hall of Fame: Antonio P. Briguglio
– L-Aħjar Goal tas-Sena: Carlo Zammit Lonardelli (Floriana vs Gzira United)
– L-Aqwa Player tas-Sena (Nisa): Shona Zammit (Swieqi United)
– L-Aqwa Player tas-Sena (Irġiel): Alexander Satariano (Birkirkara)
L-AQWA SKORERS:
– 360Sports Malta Premier – Maxuell Maia da Silva (Birkirkara): 22 goals
– BOV Challenge League – Sulahmana Mamadu Bah (Zurrieq): 20 goals
– IZIBET National Amateur League 1 – Joshua Ojelabi (Marsaskala): 20 goals
– IZIBET National Amateur League 2 – Timothy Thomas (Kalkara United): 17-il goals
– Assikura Women’s League – Hailey Russell (San Gwann): 27 goals
L-Aħjar XI ta’ Kull Żmien
– Goalkeeper: David Cluett
– Difensur lemini: David Carabott
– Difensuri ċentrali: John Holland u John Buttigieg
– Difensur xellugi: Lolly Debattista
– Midfielder difensiv: Joe Brincat
– Midfielder ċentrali: Raymond Vella
– Winger lemini: Gilbert Agius
– Winger xellugi: Michael Degiorgio
– Attakkanti: Carmel Busuttil u Michael Mifsud