Friday, December 27, 2024

MFA: Devis Mangia jitkellem qabel jibda t-taħriġ għal-logħbiet tal-UEFA Nations League

Aqra wkoll

Irridu naħdmu fuq il-moral, is-saħħa mentali u tattika, jekk naraw li aħna neqsin mill-kundizzjoni fiżika. 

Dan qalu l-coach tat-team nazzjonali, Devis Mangia, waqt li tkellem mal-media qabel l-ewwel jum ta’ taħriġ bi tħejjija għall-kalendarju internazzjonali ta’ Ġunju.

Mangia għażel l-iskwadra fit-8 ta’ Mejju li għadda  u beda jagħmel sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ numru ta’ players li ma kinux involuti fis-semi-finali u l-finali tal-FA Trophy. L-iskwadra sħiħa, esklużi Teddy Teuma u James Brown, iltaqgħu flimkien għall-ewwel darba proprju it-Tnejn.

“Din hi l-ewwel darba li se nkunu qed nilagħbu tliet logħbiet kompetittivi fi ftit jiem,” qal il-coach nazzjonali u magħha wieħed għandu jżid il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela.

“Huwa imperattiv li naraw il-kundizzjoni fiżika tal-players u naħdmu madwarha.”

Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela fl-1 ta’ Ġunju u erbat ijiem wara se tkun impenjata fil-partita ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League kontra San Marino barra minn xtutna, u kontra l-Estonja u San Marino f’darna fid-9 u t-12 ta’ Ġunju rispettivament.

Ekonomija

Sport