Friday, January 30, 2026

MFPA isaħħu posthom f’ras il-klassifika tal-Malta Veterans Premier

Aqra wkoll

MFPA saħħew posthom f’ras il-klassifika tal-Malta Veterans Premier League wara li għelbu lil Luxol St Andrew’s 13-5.

It-tim tal-Malta Football Players Association kien ferm tajjeb tul il-partita kollha bl-avversarji tagħhom li minkejja kollox kellhom xi plejers neqsin.

Alexander Ribic spikka għal MFPA meta skorja seba’ gowls filwaqt li Stanimir Miloskovic kien awtur ta’ poker. Jonathan Bondin u Emanuel Sevasta żiedu aktar gowls għat-tim rebbieħ.

Luxol skorjaw permezz ta’ tripletta ta’ Dylan Musu u żewġ gowls ta’ Karl Sacco.

Referee kien Jonathan Balzan.

Rabat Veterans kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara rebħa ta’ 8-4 kontra ċ-champions Gżira United.

Ir-Rabtin kienu ferm motivati li jiksbu xi ħaġa minn din il-partita bil-Gżirjani li dehru xi ftit maħsuda bl-attakki veloċi tal-avversarji.

Andy Mangion skorja hat-trick għal Rabat b’Adam Wingfield u Adam Smeir li wettqu doppjetta. Pio Schiriha wettaq awtogowl.

Gżira kellhom lil Sebastian Nayar jiskorja żewġ gowls filwaqt li Kevin Sammut u Ian Zammit komplew inaqqsu l-iskor.

Referee kien Jonathan Balzan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport