Sunday, December 22, 2024

MFPA iwettqu tripletta wara r-rebħ tal-VMFA Trophy

Aqra wkoll

MFPA għamlu tripletta ta’ suċċessi fil-Malta Veterans Football Association meta rebħu l-VMFA Trophy wara li fil-finali għelbu lir-rivali Gżira United Veterans 2-1.

Fil-fatt, dan it-tim kienu għadu kemm rebaħ il-kampjonat kif ukoll id-David Cluett Memorial Cup sabiex temm staġun b’mod ferm pożittiv.

Kienet logħba ferm kumbattuta bil-Malta Football Players Association li fetħu vantaġġ bikri u għalkemm ġew milħuqa mill-Maroons, ftit damu sabiex reġgħu stabilixxew il-vantaġġ tagħhom li kellu jkun ukoll deċiżiv.

MFPA marru minn fuq permezz ta’ Aleksandar Ribic sabiex l-ewwel taqsima għalqet 1-0 favurihom.

Fit-tieni taqsima, Gżira United ħarġu tajjeb u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Matthew Bartolo. Minkejja kollox, din kienet ferħa bla temma hekk kif Gareth Sciberras skorja l-gowl rebbieħ għal MFPA.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ MFPA Jonathan Bondin.

Referees kienu Jason Penza u Lorry Sammut.

Ekonomija

Sport