Iċ-champions tal-VMFA Cisk Premier League MFPA bdew bl-aqwa mod possibbli l-impenji tagħhom staġjonali wara li għelbu lil Rabat Veterans 8-5.
L-iskorer prolifiku Michael Galea kien l-eroj għall-Malta Football Players Association hekk kif skorja erba’ gowls. Mill-banda l-oħra, Mark Barbara skorja doppjetta filwaqt li Gareth Sciberras u Julian Galea għaqqdu l-iskor għaċ-champions.
Rabat, friski mir-rebħ tad-David Cluett Memorial Cup, kellhom lil Adam Smeir jiskorja erba’ gowls b’Melvin Borg li żied ieħor għat-tim tiegħu.
Sadanittant l-ikbar rebħa tal-ġurnata kisbu Birkirkara St Helen’s li għelbu lil Żurrieq Wolves 9-1.
Il-Karkariżi kienu fi klassi għalihom hekk kif Ayrton Buhagiar skorja erba’ gowls b’Daniel Scerri ikun l-awtur ta’ doppjetta u b’Colin Ciantar, Robert Perkins u Jeffrey Chetcuti li wkoll sabu x-xibka.
Beppe Muscat naqqas il-marġni tal-iskor għaż-Żrieraq.
Floriana Veterans iddominaw il-konfront tagħhom kontra Żejtun Red Stars tant li rebħu 6-0.
Gianluca Calabretta skorja doppjetta filwaqt li Brian Said, Christian Cassar, Manolito Micallef u Glenn Bonello komplew jiskorjaw aktar gowls għall-Greens.
Anke Gżira United kellhom bidu pożittiv f’dan il-kampjonat wara li għelbu lil Hibernians 6-1.
Daniel Bueno, Kevin Sammut, Jean Pierre Mifsud Triganza, Justin Grioli, Arthur Oyama u Dino Cachia kienu l-awturi tal-gowls tal-Maroons.
Beppe Antignolo kien l-awtur tal-uniku gowl għall-Pawlisti.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE
Birkirkara St Helen’s, Floriana FC, Gżira United, MFPA 3, Rabat, Hibernians, Żejtun Red Stars, Żurrieq Wolves. 0