Friday, April 3, 2026

MFPA lura fl-ewwel post

Aqra wkoll

MFPA reġgħu lura fl-ewwel post tal-klassifika tal-Malta Veterans Premier League meta fl-unika logħba li ntlagħbet fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ huma għelbu lil Rabat 11-5.

Il-Malta Football Players Association kienu motivati li jiksbu t-tliet punti finali u b’hekk jaqbżu lir-rivali Floriana qabel il-konfront dirett għar-rebħ tal-kampjonat kontrihom aktar tard dan ix-xahar.

L-aqwa skorer tal-kampjonat Stanimir Miloskovic flimkien ma’ Mark Zammit skorjaw erba’ gowls kull wieħed filwaqt li Manuel Sevasta, George Frendo u Alexander Ribic żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Rabat naqqsu l-marġni tal-iskor wara doppjetta ta’ Adam Smeir u gowls oħrajn ta’ Adam Wingfield, Mark Spiteri u Dylan Falzon.

Referee kien Lorry Sammut. 

KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE

MFPA 31, Floriana FC 30, Gzira United FC 19, Luxol St. Andrews 18, Rabat Veterans 13, Hibernians FC Veterans 10, Zurrieq Wolves FC 9, Birkirkara St. Helen 8

KLASSIFIKA TAL-AQWA SKORERS – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE

Stanimir Miloskovic (MFPA) 24, Adam Smeir (Rabat) 21, Manolito Micallef (Floriana) 20, Bojan Kaljevic (Floriana) 19, Ryan Darmanin (Floriana)16

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport