Iċ-champions Mġarr United temmew l-impenji tagħhom fl-Assikura Women’s League bl-aqwa mod possibli meta kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Hibernians, u b’hekk issiġillaw l-istaġun bi trofew importanti.
Wara l-ewwel taqsima mingħajr gowls, Mġarr fetħu l-iskor permezz ta’ Yulya Carella fit-52 minuta, qabel ma l-istess plejer irdoppjat l-iskor ftit wara s-siegħa logħob.
Veronique Mifsud żiedet it-tielet gowl fis-76 minuta, u Valeria Villegas skorjat tard fil-partita biex issiġillat ir-rebħa Mġarrija.
Sadanittant, Swieqi United ksinbu l-ikbar rebħa, meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 14-1.
Salamatu Abdulai skorjat xejn inqas minn ħames gowls, b’żewġ gowls oħra jaslu minn Jade Flask, Shona Zammit, Sara Saliba, u Andjela Kricak f’wirja ta’ attakk bla waqfien.
Birkirkara wkoll temmew l-istaġun tagħhom bl-aqwa mod possibli b’rebħa kbira ta’ 5-0 kontra San Ġwann.
Momo Ueda kienet protagonista assoluta b’hat-trick personali , filwaqt li Izabella Stringer u Ruth Steer-Chetham żiedu aktar gowls biex issiġillaw ir-rebħa Karkariża.
Abdulai tas-Swieqi temmet l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 22 gowl.
Bil-kampjonat issa li ntemm, l-attenzjoni ddur lejn it-Tazza domestika, li tibda fl-4 ta’ April permezz tal-kwarti tal-finali.

