Friday, December 27, 2024

“M’għadux iż-żmien tal-biljetti bl-€10 imma n-nies se tibqa’ ssiefer”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair Michael O’Leary

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair Michael O’Leary qal li m’għadux iż-żmien li l-linja tal-ajru toffri titjiriet bi prezzijiet baxxi ħafna minħabba ż-żieda kontinwa tal-prezzijiet tal-fuel.

O’Leary sostna li żmien il-biljetti ta’ titjiriet bl-€10 spiċċa u li dawn mistennija jogħlew minn medja ta’ €40 kkalkulata fuq is-sena li għaddiet għal €50 skont tbassir mifrux fuq il-ħames snin li ġejjin.

Minkejja dan kollu, fid-diskors tiegħu huwa deher ottimist li minkejja l-għoli tal-ħajja, in-nies se tibqa’ ssiefer b’mod frekwenti.

Huwa sostna li mhux qiegħed jgħid dan kollu b’kapriċċ u li l-prezz tal-fuel kellu impatt kbir fuq il-ħajja tan-nies fosthom b’żieda fil-kontijiet tal-enerġija fi djarhom. Madanakollu huwa qal ukoll li jinsab fiduċjuż li bl-isfidi kollha quddiemhom, il-familji se jkunu kapaċi jiddistingwu bejn it-titjiriet biex ikunu jistgħu jagħżlu dawk bi prezzijiet li jaffordjaw aktar milli jagħżlu li ma jsefrux.

Ekonomija

Sport