Saturday, December 21, 2024

“M’għamiltx suwiċidju għax fittixt l-għajnuna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

MP Nazzjonalista jitkellem dwar l-importanza tas-saħħa mentali

Waqt diskussjoni dwar is-settur tas-saħħa, il-membru parlamentari Nazzjonalista Mario Galea tkellem dwar is-suwiċidju. Galea qal li għalkemm hemm min jaf, hemm ħafna oħrajn li ma jafux li hu nnifsu kien ikkunsidra s-suwiċidju minħabba d-dipressjoni. “M’għamiltux għax billi naf ftit fuq is-suġġett indunajt li kont f’riskju u ċempilt lill-psikjatra tiegħi Dr David Cassar li jista’ jikkonferma dan li qiegħed ngħid”, kompla Galea.

Huwa qal li dawk kollha li jħossu dawn il-ħsibijiet għandhom ifittxu l-għajnuna. Tenna li bħalissa r-rata globali ta’ suwiċidju hija dik ta’ wieħed kull erbgħin sekonda u din ir-rata se tkun qiegħda tonqos għal wieħed kull 20 sekonda fi ftit żmien. Ma’ kull wieħed li jirnexxielu jagħmel suwiċidju, jkun hemm għoxrin oħra li ma jirnexxilhomx. Galea qal li jeħtieġ li tinħoloq kampanja responsabbli li tnaddaf l-ideat foloz li għad hawn fuq is-suwiċidju. 

Galea qal li min isemmi li jrid ineħħi ħajtu b’idejh, anke jekk jgħid dan b’ċajta għandu jittieħed b’serjetà u dak li jkun għandu jinvestiga aktar. Huwa Appella li lil hinn mill-interess partiġjan għandu jkun hemm tim fl-emerġenza li joffri servizz 24 siegħa kuljum biex jkunu jistgħu jiġu salvati aktar ħajjiet. Huwa temm jirrikonoxxi l-ġid li għamel il-vaċċin u li rnexxielu jsalva l-eluf, iżda filwaqt li konna megħdija fil-pandemija, il-problemi tas-saħħa mentali sabet lok biex tgħolli rasha u b’hekk jeħtieġ li nagħtu prijorità lil dawn in-nies.

Ekonomija

Sport