Sunday, July 20, 2025

M’għandha xejn lanqas ‘Lira’….la par imsielet….la karozza… għexet bil-benefiċċji … spiċċat prostituta u tbigħ id-droga biex tilgħab

….illum riformata…f’Ġunju ħelset mid-droga u issa qed taħdem u ħadet promozzjoni

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għamlet snin ma taħdimx. Kellha l-vizzju tal-logħob. Kienet tmur fil-casinos. Fuqha kien ikollha sa €1000. Spiċċat daħlet fil-prostituzzjoni u anke traffikar ta’ droga biex issostni l-vizzju tal-logħob. Spiċċat tabbuża mid-droga. Bdiet tisraq lil missierha u keċċiha. Kienet tgħix fuq il-benefiċċji soċjali. Biex issostni l-vizzju tal-logħob kienet daħlet ukoll fl-użura. Spiċċat il-ħabs. Illum tiddikjara li m’għandha xejn la lira u landas par imsielet.  Minn Casino wieħed hi tilfet is-somma ta’ €54,101.97 u

u ma għamlet l-ebda qliegħ. Bil-għajnuna ta’ professjonisti ħarġet mill-vizzju u għandha xogħol u anke ingħatat promozzjoni. Hi llum ħielsa mill-vizzju wara li gradwat minn programm tal-Caritas f’Ġunju. 

Din l-istorja ddur ma investigazzjoni tal-Pulizija, li saru jafu li l-mara kienet qiegħda tilgħab ħafna flus  minn sorsi kunfidenzjali li rrapportaw li l-mara kienet qiegħda tilgħab ammont sostanzjali ta’ flejjes. Il-mara kienet diġa  magħrufa ma’ l-awtoritajiet peress li kienet involuta fit-traffikar tad-droga u fil-fatt kienet instab ħatja u kienet tinsab il-ħabs tiskonta sentenza.

L-ispettur Leanne Bonello quddiem il-Qorti qalet li l-akkużata kienet qed tilgħab il-flus qabel ma’ daħlet il-ħabs u dan kien bejn is-sena 2014 u 2018.  Irriżulta ukoll li l-aħħar li ħadmet kien fis-sena 2008 u ilha mis-sena 2013 tirċievi l-għajnuna soċjali ta’ madwar €5000  fis-sena. Kienet qalet li kienet taħdem bħala xufiera tat-taxi ma’ Casino Malta però dan ma’ rriżultax waqt l-investigazzjoni u lanqas ma rriżulta li kellha xi introjtu leġittimu li seta’ jissostanzja l-kapital maħruġ għal dan il-logħob. Barra minn hekk hi kellha diversi multi u spejjeż tal-Qorti, mis-sena 2012 u li kienu jammontaw għas-somma ta’ €16,000 Ewro. Dawn kienu tħallsu bi flus kontanti, 

Waqt l-investigazzjoni tagħha l-Pulizija ħadet diversi dikjarazzjonijiet ta’ persuni li xtraw jew biegħu karozzi li xi darba jew oħra kienu reġistrati fuq l-akkużata.  Hi ammettiet mal-ewwel li dawn il-flejjes kienet ġabithom mit-traffikar tad-droga u prostituzzjoni. 

L-Ispettur xehdet li r-rabta li hemm bejn il-każijiet ta’ traffikar tad-droga u ħasil ta’ flus huma l-logħob li lagħbet l-akkużata. Hija spjegat li bħala depożiti kien hemm total ta’  €108,480,  €528,987 f’rebħ u €474,885.14 f’telf. Dawn huma it-total tat-tlett Casinos.

Waqt l-interrogazzjoni li saret fit-8 ta’ Awwissu tas-sena 2023 l-akkużata stqarret li ma’ tiftakarx eżatt meta kien l-aħħar li ħadmet. Qalet li meta kienet taħdem kienet taqla’ l-paga minima iżda ma’ tiftakarx kemm kienet il-paga. Hija stqarret li bejn l-2008 u l-2014 kienet tgħin lil missierha. Fl-2014 stqarret li kienet tbiegħ id-droga u li kellha problema tal-logħob. 

Id-dħul kien mill-prostituzzjoni

u mid-droga….spiċċat fl-użura

Iddikjarat li d-dħul  tagħha kienet iġġibu mill-prostituzzjoni u mid-droga u imbagħad dawn il-flus kienet tilgħabhom. Dan kien bejn is-sena 2014 u 2018 għax imbagħad daħlet il-ħabs fejn għamlet tlett snin u xahrejn maqfula.

Sussegwentement ħarġet mill-ħabs u għamlet 9 xhur barra imbagħad reġgħet daħlet il-ħabs. Stqarret ukoll li ma’ għandha l-ebda proprjetajiet f’isimha u kull sold li kellha nefqitu fid-droga jew fuq il-logħob u dawn il-flus ġabithom mill-kriminalità  u dan pattiet għalih. L-akkużata kompliet tistqarr li hi lanqas lira ma’  għandha u tgħaddi bil-paga u xi ħaġa li jagħtiha missierha. Hi m’ għandha xejn, lanqas karozza, lanqas par imsielet.

Hi  kompliet tistqarr li hi kienet tilgħab, tirbaħ, terġa’  tilgħab, tiddejjen biex tilgħab, imbagħad kienet tidħol l-użura u terġa’ tiddejjen biex tħallas l-użura. Fl-istess ħin kienet tieħu d-droga u tkun f’ċirku ta’ problemi. 

Stqarret li mbagħad ħadet deċiżjoni li  minflok tiddejjen biex tħallas il-multa u tbiegħ id-droga, għamlet xahrejn ħabs minflok ħallset il-multa u kienet tielgħa programm. Stqarret li issa tgħallmet li fil-ħajja kien hemm il-konsegwenzi għal li tagħmel. Stqarret li mas-Sedqa kienet qed taħdem biex tegħleb il-vizzju tal-logħob u tad-droga. 

Hi qalet li sakemm kienet tgħix ma’ missierha ma’ kienx ikollha bżonn

flus għall-ħajja ta’ kuljum iżda imbagħad bdiet tisraq mingħandu biex tilgħabhom u qatt ma rrapportaha u anke ħafrilha diversi drabi. Meta tefagħha ‘lbarra bdiet tipprostitwixxi ruħha u imbagħad taha l-aħħar ċans. 

Illum ħielsa għal kollox id-droga

L-akkużata li illum-il ġurnata għamlet u temmet programm residenzjali fil-kumpless ta’ Santa Marija mmexxi minn Sedqa, relatat mal-vizzji tad-droga, xorb u tal-logħob u għalkemm temmet il-programm, hija xorta għadha tattendi ta’ spiss. 

Qalet li bejn wieħed u ieħor kien ikollha  500 ewro u 1000 ewro fuqha imbagħad kienet titfa’ 50 ewro fil-kaxxa u jitilgħu 80 ewro u kienet tibqa’ tilgħab u kienu jimmarkaw bħala flus tagħha meta hi kienet iddaħħal 50 ewro. Ġieli b’50 ewro kienet tagħmel sagħtejn tilgħab u jibdew telgħin u jerġgħu jinżlu u jerġgħu

jitilgħu. 

 Qalet li kien hemm drabi meta ġiet darha mal-ħajt u ffirmat biex ma’ tersaqx aktar il-casino iżda imbagħad terġa’ tmur u xorta jdaħħluha għax kienu drawha u kienu jdaħħluha fuq card ta’ ħaddieħor. Imbagħad fl-istess żmien li omm l-akkużata marret tgħidilhom li ser tirrapportahom jekk jerġgħu jdaħħluha tilgħab, il-pulizija bdew jinvestigawha. 

Spjegat li llum għandha xogħol u dan sabitulha l-uffiċjal tal-probation tagħha għax bdiet tibża’ li mhux ser issib xogħol minħabba l-kondotta tagħha. Hi qed tgħix ma’ ommha u missierha li qalulha li ma’ jistgħux iżommuha għal dejjem iżda għalissa qed jgħinuha. stqarret li għaddiethom minn ħafna u kienet tisraq lil missierha biex tmur tilgħabhom. 

It-terapista ta’ l-akkużat qalet li ilha ssegwiha minn naħa tal-programm u għadha ssegwiha regolarment sa’ issa. Xehdet illi flimkien ħadmu fuq il-weġgħat li l-akkużata ġarret magħha minn tfulitha. Wara li temmet il-programm  baqgħet tattendi b’mod regolari anke għat-terapija u dan tibqa’ issaħħaħ l-identità  ġdida li kisbet. 

Il-Qorti, minħabba l-progress kbir li għamlet l-akkużata, tata ordni ta’ probation għal tlett snin u  obbligata tanti 400 siegħa xogħol fil-komunità.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport