Sunday, June 15, 2025

“M’għandix preferenza min jista’ jkun il-mexxej tal-PN”

- l-eks Kap Nazzjonalista Bernard Grech

Aqra wkoll

“M’għandix preferenza min jista’ jkun il-mexxej il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.” Hekk stqarr l-eks Kap tal-PN Bernard Grech meta kien qiegħed jiġi intervistat fuq il-midja tal-partit.

Qal li l-proċess tal-għażla tal-mexxej il-ġdid għandu jkun wieħed paċifiku filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex jersqu ‘l quddiem biex imexxu lill-Partit Nazzjonalista. Grech qal li l-Partit ma jistax jaħli ħin biex jaħtar mexxej ġdid.

L-eks kap Nazzjonalista qal li hemm diversi validi li jistgħu jmexxu lill-Partit Nazzjonalista.

“Hemm persuni li huma lesti biex imexxu l-partit, filwaqt li oħrajn għalkemm huma validi forsi ż-żmien għadu ma wasalx għalihom,” filwaqt li fakkar li snin ilu l-PN biddel l-istatut u se jkunu l-membri li jeleġu l-kap il-ġdid. Saħaq li issa l-membri għandhom jagħmlu l-għażla tagħhom b’mod inteliġenti.

Rigward għaliex riżżenja, Grech qal li kien ċar li bih fit-tmexxija l-partit ma setax jiffunzjona b’mod tajjeb. “Għalhekk għal ġid tal-PN u għal ġid tal-pajjiż għażilt li nirriżenja u issa l-Partit għandu ċ-ċans li għażel lil xi ħadd li jmexxih ‘il quddiem,” temm jgħid l-eks Kap Nazzjonalista Bernard Grech.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport