Monday, April 22, 2024

“M’hemm l-ebda liġi Maltija li tobbliga lill-banek Maltin jobdu sanzjonijiet ta’ aġenziji Amerikani”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Qorti tiċħad talba ta’ Yorgen Fenech biex jiġu esebiti l-informazzjoni ċellulari ta’ 13-il persuna

Hekk kif illum qegħda tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, ir-raġel akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba biex jiġu ppreżentati il-call logs u il-gelocation data ta’ 13-il persuna.

Kienet waqt is-seduta preċedenti, fil-parti tal-kumpilazzjoni li kienet qegħda tinstema fil-magħluq, li l-avukati difensuri ta’ Yorgen Fenech talbu lill-Qorti biex jiġu esebiti l-informazzjoni ċellulari ta’ numru ta’ individwi. Dan għaliex “il-vera mħuħ wara dan il-qtil għadhom liberi barra, u din l-informazzjoni kapaċi titfa d-dawl fuq dan il-fatt.”

L-Avukat Charles Mercieca kien saħaq ukoll li din l-informazzjoni kellha tiġi preżentata quddiem il-Qorti immedjatament, “għaliex inkella minħabba liġijiet ta’ GDPR, l-informazzjoni ċellulari ta’ dawn in-nies kienet ser tintilef.”

Il-Maġistrat Montebello saħqet li t-talba tal-avukati tad-difiża kieent waħda mhux ġustifikabbli, u waħda disproporzjonata għalliex tagħfas fuq id-drittijiet ta’ persuni terzi mhix relatati mal-proċeduri ta’ din il-Qorti. L-informazzjoni li l-avukati tlabu għall-informazzjoni ta’ 13-il persuna kienet żvelata fid-digriet tal-Qorti, madanakollu għadu mhix magħruf l-identita tal-persuni kollha msemmija.

“M’hemm l-ebda liġi Maltija li tobbliga lill-banek Maltin jobdu sanzjonijiet ta’ aġenziji Amerikani”

Il-Qorti Maltija tordna lill-Bank of Valletta tirrilaxxa €296,000 lil Darren Debono

Il-Qorti ordnat lill-Bank of Valletta biex tirrilaxxa total ta’ €296,000 ta’ fondi ffriżati li kienu jappartjenu lil Darren Debono, wara li saħqet kif mhemm xejn fil-liġi li tobbliga lill-banek Maltin biex jimxu fuq sanzjonijiet imposti minn aġenziji Amerikani.

Kien l-Uffiċċju ta’ Kontroll ta’ Assi Barranin (OFAC), li fl-2018 kienet ħarġet numru ta’ sanzjonijiet fil-konfront ta’ sitt persuni u 24 entita differenti, fosthom l-imsemmi Debono, wara l-allegat rwol li kellhom f’operazzjoni ta’ traffikar taż-żejt. Debono għadu jiffaċċja każ il-Qorti ġewwa l-Italja relatat ma din l-allegazzjoni.

Il-Qorti semgħet kif il-kumpaniji ta’ Debono, World Water Fishers u Nesvan Ltd, kellhom total ta’ €99,080 u €196,289 li ġew ffriżati mill-BOV. Iż-żewġ kumpaniji saħqu li li ma kien hemm l-ebda ordni ta’ ffriżar li saret ġewwa Malta, “allura d-deċiżjoni li ħa il-Bank ma kinitx raġjonevoli.”

Intant, il-bank saħaq kif il-kumpanija WWF, kif ukoll ir-restorant mmexxi minn Debono, kienu ħarġu f’noti ta’ gwida ppubblikati mill-Bord Malti ta’ Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet. Il-BOV saħqet li kienet impossibbli għalihom li jħallu lill-kontijiet taż-żewġ kumpaniji jibqgħu joperaw b’mod liberu, “mingħajr ma dan jippreżenta riskju kbir lejn ir-reputazzjoni tal-abnk, speċjalment fid-dawl tal-irwol importanti li huwa għandu fi ħdan is-settur bankarju Malti.”

L-Imħallef Toni Abela madanakollu, nnota kif il-Bord Malti qatt ma ordna l-iffriżar tal-assi, iżda rrikkommanda attenzjoni speċjali. “Din l-attenzjoni kienet tinkludi diliġenza iktar b’saħħitha, monitoraġġ iktar frekwenti, u anke żamma tar-rikordji relatati mal-propjeta kollha.”

“Xejn ma kien qiegħed iwaqqaf lill-bank milli jagħlqu l-kontijiet bankarji tagħhom, jekk verament huma ħassew li s-sid tal-kontijiet huwa ta’ riskju għal bank, jew inkella li jżommuh miftuħ u iżda li jiġi osservat b’mod rett, u li jinfurmaw lill-Awtoritajiet regolatorji b’mod neċessarju. Il-Bank kellu l-opportunita i jiavża minn qabel lill-klijent li kien qiegħed jirrikonoxxi u jinforza s-sanzjonijeit tal-OFAC, pero anqas dan ma seħħ mill-bank.”

L-Avukat Victor Bugeja deher għaż-żewġ kumpaniji ta’ Debono, filwaqt li l-avukati Louis De Gabriele u Jasmine Abela deheru bħala rappreżentanti għall-Bank f’dawn il-proċeduri. L-Imħallef Toni Abela ppreseda l-każ.

Sport