Sunday, December 22, 2024

“M’hemm l-ebda lok ta’ qtigħ il-qalb… tajna kelma u qed inżommuha”

Il-PM Robert Abela fi tmiem laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell

Aqra wkoll

“Irnexxielna nżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli u hemmhekk naqqasna kemm stajna l-effett inflazzjonali”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti fi tmiem laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern ta l-kelma qabel l-elezzjoni u dik il-kelma żamma u se jibqa’ jżommha għax jekk jogħlew il-prezzijiet tal-enerġija, l-impatt jista’ jkun negattiv immens.

Huwa għalaq b’messaġġ ta’ pożittivita b’gvern li se jibqa’ jaħdem f’sinerġija mas-settur privat fil-viżjoni tal-gvern u għalhekk l-futur huwa sabiħ għall-poplu kollu.

Ekonomija

Sport