“Kwazi kuljum jintqalu gideb u invenzjonijiet fuqi jew fuq il-Film Commission. Issa wasalna f’mument li gideb qed ikompli jiġi ffabrikat bil-ħsieb li jikser ir-reputazzjoni ta’ entitajiet u individwi pubbliċi. Għal din il-ħrafa u aħbar kompletament falza li sparixxew seba’ miljuni mill-Film Commission, żgur ma nistax nibqa’ sieket”.
Dan huwa l-messaġġ tal-Kummissarju tal-Films, Johann Grech fejn iddikjara li m’hemmx isbaħ mill-verità. Saħaq li:
“Min qed jirrapporta u jxandar dawn l-aħbarijiet foloz, nistaqsi sitt mistoqsijiet:
1. Kont taf li dawn is-seba’ miljuni (li fil-bidu kienu erba’ miljuni) qatt ma “sparixxew” u li l-kumpanija ta’ awditjar indipendenti kif ukoll l-Awditur Ġenerali (NAO) qeghdin ‘on the record’ jgħidu li kollox ġie spjegat?
“The National Audit Office (NAO) affirms that, at no point during its reporting or presentation… has it suggested or implied that the apparent €4 million… is attributable to funds that are unaccounted for.” https://www.parlament.mt/media/133874/dok-198-l71.pdf
2. Kont taf li l-istorja kollha dwar dawn il-fondi kienet sempliċement diskrepanza bejn l-annual report tal-Kummissjoni u l-fondi allokati, u li d-differenza ġiet għax il-flus kienu qed jiġu amministrati mill-Ministeru u mhux mill-Kummissjoni?
Dan is-suġġett kien ġie ċċarat kemm mill-Awditur indipendenti kif ukoll mill-Awditur Ġenerali quddiem il-Public Accounts Committee (PAC). L-ispjega kienet ċara.
“…certain capital allocations may have been directly disbursed by the Ministry for Tourism and Public Cleanliness (MTP) without being channeled through the MFC’s bank accounts. https://www.parlament.mt/media/133874/dok-198-l71.pdf
3. Kont taf li n-nefqa ta’ €7.2 miljun għaddejnieha kif intefaq kull ċenteżmu lill-Public Accounts Committee (PAC)?
Il-fondi kollha allokati ġew użati kif suppost. Tajna breakdown tal-ispiża lill-Public Accounts Committee.
“The allocated funds have been utilised in accordance with their designated purpose and in adherence to the applicable public sector governance standards. https://www.parlament.mt/media/133178/dok-194-l70.pdf
4. Kont taf li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) għamel performance audit li jmur lura snin u ma sab l-ebda ħaġa irregolari?
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali ma sab l-ebda “wrong doing” fl-amministrazzjoni jew fl-operat tal-Kummissjoni.
L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) ivverifika mijiet ta’ miljuni ta’ cash rebate li l-Kummissjoni tamministra. L-NAO tana ċertifikat eċċellenti fuq l-amministrazzjoni tal-cash rebate.
Dawk kollha li qalu li kien hemm mismanagement tal-fondi ġew ippruvati li kienu kompletament skorretti.
L-NAO kkonferma li l-marketing tagħna ħalla riżultati kbar u li l-approach tagħna jsegwi “industry norms” u li l-“marketing and promotion approach embraces a range of industry best practices”. https://nao.gov.mt/…/evaluating-the-role-of-the-malta…/
5. Kont taf li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ivverifika wkoll id-diversi rapporti ekonomiċi li ħriġna u sab li l-figuri tagħna huma konservattivi? (Rapporti li xi wħud jgħidu li “ma jeżistux”, għalkemm dawn id-dokumenti huma pubbliċi.)
L-NAO kkonferma l-validità u l-accuracy tar-rapporti ekonomiċi tal-Malta Film Commission.
Fil-fatt, l-NAO jikkonferma li l-programm tagħna tal-cash rebate qed jiġġenera “return on investment” b’saħħtu. Għal kull Ewro li ninvestu, l-industrija tal-films tiġġenera €3 lura fl-ekonomija tagħna. https://cashrebate.mt/…/Economic-Impact-Study-on-the…
Bil-cash rebate sostenjna l-jobs għall-Maltin. 8 minn kull 10 ħaddiema li jaħdmu fil-films huma Maltin.
Din allura iggib fix-xejn in-narrattiva negattiva li qed inberbqu l-flus tal-kaxxa ta’ Malta. Aħna kontributuri għall-ekonomija Maltija.
F’dawn il-ħames snin, iġġenerajna:
• Biljun Ewro fl-ekonomija ta’ pajjiżna bis-saħħa tal-films;
• F’ħames snin, sostnejna 15,000 jobs – bis-saħħa tal-films; u
• 18% tat-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna ġie mill-films. Ifisser li €18 minn kull €100 ta’ tkabbir ekonomiku ġie mill-industrija tal-films.
Rapport ippreżentat lill-PAC: https://www.parlament.mt/media/134414/dok-206-l72.pdf
L-NAO jistqarr li l-effett tal-rebate huwa akbar milli taħseb il-Kummissjoni. Fil-fatt l-NAO għandu raġun. Rapport li aħna ppreżentajna lill-PAC https://www.parlament.mt/media/134413/dok-205-l72.pdf juri biċ-ċar li l-crews barranin fl-2024 ħallew aktar minn €5 miljuni oħra fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
6. Kont taf li dwar l-artikli li kienu jgħidu li sparixxew erba’ miljuni (li mbagħad saru seba’ miljuni), il-PAC b’mod unanimu informa liż-żewġ portals li l-headline tagħhom kienet skorretta?
Imma ma tawx kas, għax il-policy tagħhom hija li jipproduċu ‘fake news’. Tispjega kemm-il darba u xorta r-risposta tagħna ma tiġix ippubblikata.
Bir-raġun wieħed jistaqsi: imma għalfejn dan l-attakk kollu fuq Johann?
Nifhem li s-suċċess iġib ħafna għira. Nifhem ukoll li t-tmexxija tagħna waslet għal riżultati kbar fejn gawdew ħafna Maltin u Għawdxin; fejn ħloqna ħafna jobs u l-businesses marru aħjar.
Taħt l-amministrazzjoni tiegħi, pajjiżna attira aktar minn 190 film u produzzjoni. Pajjiżna attira valur ta’ madwar €730 miljun bħala budgets ta’ films li nħadmu f’pajjiżna.
Għalhekk, xi wħud li jippreferu r-rigress milli l-progress, jattakkaw it-tmexxija tal-industrija tal-films biex jippruvaw itelfu mill-ġid li qed jinħoloq f’pajjiżna. Jippruvaw, joħolqu d-dubji u jippruvaw igeldu sezzjoni kontra sezzjoni ohra tal-istess poplu.
Imma n-nies jafu ċar, il-ġid li ġabet l-industrija tal-films f’pajjiżna. Għax il-ġid li ħloqna jinhass direttament ma’ kulħadd.
Għalhekk, aħna se nkomplu naħdmu biex naraw li dawk kollha li jaħdmu fil-films f’pajjizna ikomplu jirnexxu u flimkien noħolqu aktar ġid.
Irridu li dak li ksibna flimkien tul dawn l-aħħar snin, ikun akbar fiż-żmien li ġej.”

