Tuesday, December 24, 2024

M’hemmx provi biex ikun investigat il-Ministru għal Għawdex

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, wara li analizza l-ilment imressaq mill-Prof. Arnold Cassola qal li ma sabx provi u kkonkluda li mhux se jkun qiegħed jinvestiga lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Kien f’Mejju ta’ sentjen ilu meta għall-ħabta tal-11.12pm il-Prof. Cassola kien ressaq ilment quddiem il-Kummissarju fejn allega li kien hemm imġiba abbużiva fuq il-pajsaġġ ta’ Blue Lagoon u xogħlijiet li saru f’Kemmuna biex jipprovdi servizzi lil tal-kjosks.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju qal li x-xogħol li sar f’Kemmuna sabu bil-permessi kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar. Qal li hemm kuntrast bejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Awtorità tal-Ippjanar f’din il-kwistjoni u l-uffiċċju tiegħu m’għandux il-kompetenza teknika u jkollu jistrieħ fuq opinjoni teknika ta’ esperti.

Il-Kummissarju qal li lanqas mir-rapport li sar mill-Ombudsman ma rriżulta li x-xogħlijiet saru biex jaġevolaw lill-operazzjonijiet kummerċjali f’Kemmuna.

Fil-konklużżjoni tiegħu, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika saħaq li suspett mhux biżżejjed biex wieħed isib ħtija.

Ekonomija

Sport