Il-Ministru għall-Ġutizzja, Edward Zammit Lewis qal li “mhux aċċettabbli inkjesta u sentenzi idumu erba’ u ħames snin biex jinqatgħu.
Huwa qal dan waqt is-seduta tal-lejla fil-Parlament.
Huwa żied jgħid li dan mhux aċċettabbli. “Jieħdu għalihom kemm iridu. Jien qiegħed hawn biex nara li ċ-ċittadin jinqeda. Se nagħmel dak ikollu possibbli biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata”.