Friday, December 27, 2024

“Mhux biżżejjed” … Il-MAM tafferma li l-azzjonijiet industrijali se jsiru xorta

Aqra wkoll

Ftit wara li ntemmet il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci dwar miżuri ġodda biex terġa’ tkun ikkontrollata l-pandemija f’pajjiżna, l-MAM qalet li hi xorta waġda se tkompli bil-ħsieb li tħabbar azzjonijiet industrijali fost l-istaff mediku.

Fi stqarrija, minkejja li rringrazzjat lill-Gvern talli qabel u ammetta li attivitajiet tal-massa huma ta’ theddida, hi tħoss li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżejjed biex jissalvagwardjaw lill-poplu Malti u Għawdex. Fil-fatt hi qalet li l-fatt li ma tħabbrux multi u li r-responsabbiltà se titħalla f’idejn l-organizatturi juri li kollox se jibqa’ kif inhu.

Il-MAM qalet li għada se jkun qed jiltaqa’ l-kunsill tagħha biex ikunu ffinalizzati l-azzjonijiet industrijali li mistennija jidħlu fis-seħħ mit-Tnejn li ġej.

Ekonomija

Sport