Ix-xahar li għadda diversi pajjiżi tan-NATO ħabbru li kienu se jagħtu lil Ukranja aktar tankijiet tal-gwerra u apparta ieħor biex jiġġieldu.
“Din li tibgħat ajruplani trid taħseb ftit dwarha u nemmen li trid tkun deċiżjoni tal-alleati kollha,” sostna l-President Pollak hekk kif inhu konxju mill-fatt li r-Russja tista’ tirritalja bil-qawwi.
Il-President Ukren waqt li kien Londra, Pariġi u Brussell aktar kmien il-ġimgħa ħeġġeġ lil mexxejja rispettivi biex jagħtuh ajruplani tal-ġlied għax skont hu dik hija l-unika soluzzjoni biex jirbaħ il-gwerra lir-Russja.