Sunday, November 9, 2025

MHUX €400 MILJUN MISRUQA IŻDA €63 MILJUN IFFRANKATI

Aqra wkoll

L-ispiża li l-Gvern ħħallas lil Steward għas-servizzi mediċi li ngħataw lill-poplu kienet ta’ €63 miljun anqas minn li kieku dawn is-servizzi ingħataw mill-Mater Dei.

Dan joħroġ mill-istimi li saru minn esperti indipendenti miż-żewġ naħat li mbagħad kienu magħrbula mill-ġdid mit-Tribunal.

It-Tribinal aċċetta l-istimi ta’ Anthony Charlton mill-kumpanija HKA f’ isem il-Gvern u Laura Cozar u Joseph Kirby mill-kumpanija Accuracy f’isem Steward ġew prattikament l-istess, jigifieri li l-valur tas-servizzi mediċi kien ta’ madwar €604 miljuni.

Barra minn hekk iżda mill-istimi li saru jirriżulta wkoll li kieku l-istess servizzi kienu mogħtija minn Mater Dei, dawn kienu jiġu jiswew lill-Gvern €63 miljun aktar.

Steward kienu qed jitolbu li jitħallsu din is-somma għaliex kienu qed jgħidu li ffrankaw dawn il-flus lill-Gvern.  It-Tribunal irrifjuta din it-talba.

Madankollu, is-somma li s-servizzi jiġu jiswew fil-Mater Dei ittieħdet bhala fattwali.

Dan ifisser li mhux talli ma kienx hemm frodi, talli l-Gvern ma nsteraqx €400 miljun iffranka  €63 miljun bil-ftehim li sar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport