Monday, October 14, 2024

“Mhux faċli tifhem persuna li tgħix kuljum fid-dlam … dan huwa r-riżultat”

Persuni għomja jappellaw għal kontinwazzjoni ta’ politika dwar pjan tal-aċċessibbiltà fit-toroq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jekk l-iscooter ħażin f’diversi sitwazzjonijiet, affarijiet oħra huma ħżiena wkoll. Għaliex dawn il-persuni li jgħixu 365 ġurnata fid-dlam m’għandhomx jingħataw widen għas-sejħa tagħhom”. Din hija r-reazzjoni tal-Organizzazzjoni Volontarja Visual non Visual b’rabta mal-projbizzjoni tal-iscooters imħabbra fl-aħħar jiem mill-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia li f’filmat informattiv saħaq dwar il-bżonn ta’ aktar maturità fl-użu ta’ dan il-mezz ta’ trasport li jista’ jkun perikoluż daqs kemm jista’ jkun konvenjenti.

L-organizzazzjoni qiegħda tappella lill-Ministeri konċernati biex tkompli d-diskussjoni tagħha dwar l-inklużjoni aħjar fejn jidħol l-immaniġjar fl-użu tat-toroq tagħna. Huma qegħdin jirreferu għal djalogu li beda xi snin ilu u li minkejja li għal xi raġuni dan kien twaqqaf ħesrem, kienu tkomplew l-istudji ta’ dawn in-nies għomja u waslu għal konklużjonijiet ta’ kif pjan nazzjonali aktar sigur u nadif jista’ jinkoraġixxi l-indipendenza ta’ dawn il-persuni.

L-Għaqda fakkret fiċ-ċifra pubblikata min-Nazzjonijiet Uniti li tindika li huma biss 3% tal-għomja li jużaw klieb gwida u 7% biss li jużaw l-bastun l-abjad u għalhekk saħqu dwar it-tkomplija ta’ diskussjoni dwar politika mingħajr ebda dewmien.

Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjoni qegħdin saħansitra jippubblikaw ritratti ta’ kif ta’ kuljum persuni għomja jbatu l-konsegwenzi ta’ irresponsabbilitajiet minn dawk li qatt ma għexu fid-dlam li jgħixu huma fih, inkluż ġrieħi kawża ta’ permessi li jitħallew f’nofs ta’ triq b’mod perikoluż.

Sport