Tuesday, December 24, 2024

Mhux ħati li 17-il sena ilu kaxkarha minn xagħarha talli għamlet għal oħtu

Aqra wkoll

Paul Spagnol ta’ 38 sena resident San Ġwann ma nstabx ħati li 17-il sena ilu kaxkar lil mara minn xagħarha u tefagħha fuq skrivanija, meta kien il-Gżira, wara li allegatament għamlet għal oħtu b’pepper spray u bi mqass.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, l-Ispettur Prosekutur, Mark Mercieca spjega li l-allegata aggressjoni seħħet fil-15 ta’ Ġunju tal-2005 għall-ħabta tal-10.40pm fi Triq il-Flotta.

Spagnol u oħtu, Karen ta’ 26 sena li toqgħod il-Gżira, ġew mixlija li dakinhar taw diversi daqqiet lill-vittma kif ukoll kisru l-paċi pubblika.

Skont dak li ħareġ fil-Qorti l-allegata aggressjoni seħħet minħabba li l-akkużata kellha tieħu xi flus mingħand il-vittma. Allegatament, hi ltaqgħet mal-vittma waqt li kienet qed issuq, talbitha l-flus li kellha tagħtiha u kien hawn li ġie allegat li l-vittma ħarġet bott pepper spray u sprejjatulha f’wiċċha, u tatha daqqa bi mqass.

Il-Qorti qalet li bilkemm kellha provi x’tevalwa b’rabta mal-każ, peress li l-każ dam 17-il sena. Kien b’hekk, li l-Qorti lliberat liż-żewġ imputati mill-akkużi mijġuba kontrihom.

Ekonomija

Sport