Saturday, December 21, 2024

Mhux ħati li seraq 50 litru żejt tal-magni

Aqra wkoll

Anthony Compagno ta’ 50 sena minn Ħaż Żabbar ma nstabx ħati li fis-6 ta’ Settembru tal-2014 għall-ħabta tat-3.30am seraq 50 litru żejt tal-magni mill-Fuel Depot fil-Furjana.

Quddiem il-Maġistrat Dr. Yana Micallef Stafrace l-Ispettur Prosekutur Carlos Cordina xehed li hu kien ġie informat b’dan il-każ minn uffiċjal superjur tiegħu wara li kien irċieva ittra mingħand Transport Malta.

F’din l-ittra kien hemm allegat li Anthony Compagno kellu fil-pussess tiegħu żewġ jerry cans tal-kumpanija. Xhied li ftit tal-jiem wara kien bgħat għal akkużat fejn mar hemm b’mod volontarju. Mill-ewwel Compagno ċaħad kull involviment u nsistam mal-pulizija li ma kienx jaf dawn il-jerry cans minn fejn kienu ġew.

Xhud ieħor f’dan il-każ kien Raymond Bajjada li kien bħala n-night Manger tal-kumpanija Elsa tat-Transport Malta. Jixhed li kien avviċinat minn kollega li kien ra attività “mhux tas-soltu” mill-akkużat. Xehed li Compagno kien jaħdem bħala fattiga, iżda kien jirraport lil wieħed imsejjaħ “top-up man” li xogħlu kien li jagħti ż-żejt u l-ilma lill-karozzi tal-kumpanija.

Jirriżulta li waqt li kien għassa mal-buses tan-night shift ra lil Compagno riesaq bil-vann tal-kumpanija ħdejn il-karozza tiegħu u ħatt xi affarijiet. Ix-xhur flimkien ma’ kollega ieħor kienu marru fejn il-karozza tal-imputat u seta’ jinnota li taħt is-seats kien hemm żewġ boroż tal-plastik. Hu qal li ma kienx jaf x’fihom il-boroż tal-plastik u lanqas ra l-jerry cans.

Meta imbgħad ġew imsejħa s-superjuri tiegħu u talbuh biex jgħidilhom x’kien hemm fil-boroż ħareġ li kien żejt tal-magna li kien instab nieqes.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li biex xi ħadd jinstab ħati l-Prosekuzzjoni trid iġġib il-provi kollha posibbli biex tapprova dan il-każ.

Qieset li dan il-każ ġie rraportat lill-pulizija aktar minn xahar wara. Qalet li l-Qorti qed temmen il-verżjoni tal-akkużat li kien konsistenti u anke li hu ried idaħħal lill-pulizija fil-każ.

Innutat li l-imputat kellu l-impjieg tiegħu terminat b’mod immedjat, kien hu stess li talab għal footage, kien ipparkjat f’post imdawwal, kien qiegħed isuq karozza ġdida u anke kien konxju li kien hemm il-kameras tas-sigurtà.

Il-Qorti qalet li l-pulizija meta talbet għal footage kien tard wisq u lanqas ma ttieħdu fingerprints tal-akkużat. Compagno kkonferma fil-Qorti li hu kien lest li jagħti l-finger prints tiegħu lill-pulizija u kien anke qal dan lill-istess pulizija.

Minħabba dawn ir-raġunijiet u oħrajn il-Qorti ma sabitu ħati tal-ebda akkuża u għalhekk illiberatu.

Ekonomija

Sport