Saturday, November 23, 2024

Mhux ħati li stupra lill-eks sieħba 

Aqra wkoll

Ġappuniż ta’ 41 sena ġie lliberat minn akkużi li stupra lill-eks sieħba wara li din tal-aħħar irtirat il-kwerela li għamlet kontrih. 

Il-Pulizija kienu bdew jinvestigaw il-każ f’Awwissu li għadda wara li l-mara allegat li l-imputat, Hirotaka Miyamoto, kien stupraha fir-residenza tiegħu.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innotat li l-allegata vittma saħqet li ma riditx li jissoktaw il-proċeduri kontra Miyamoto. Il-mara kienet ukoll insistiet li ma kien sar l-ebda stupru fil-konfront tagħha. 

Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li ladarba l-kwerela tal-allegata vittma ġiet irtirata minnha, l-azzjoni kriminali kontra l-imputat ma baqgħetx prosegwibbli. Kien għalhekk li lliberatu minn kull ħtija u piena. 

Sport