Sunday, November 16, 2025

Mhux ħati ta’ traffikar iżda ta’ pussess sempliċi ta’ kannabis

Aqra wkoll

Omar Bah mill-Ġambja ma nstabx ħati ta’ traffikar ta’ droga, iżda nstab ħati ta’ pussess sempliċi ta’ kannabis.

Kien nhar it-Tnejn li għadda meta Bah beda għaddej ġuri ejn kien qed jiġi mixli li kellu d-droga b’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali u li kkonfoffa biex jittraffika d-droga.

L-imputat dejjem ċaħad l-akkużi kollha kontrih. Kien f’Diċembru ta’ 2014 meta ċertu wieħed Sampson Twene inqabad mill-pulizija wara li niżel minn vjaġġ minn Sqallija bil-kannabis moħbija fil-bagalja tiegħu. Matul l-interrogazzjoni, Twene qal li kien qed jaġixxi fuq istruzzjonijiet ta’ “John”, Gambjan ieħor jgħix fl-Italja, li qallu biex jagħti l-pakkett lil Bah bi ħlas.

Twene kien għen lill-investigaturi fejn fost l-oħrajn kien iltaqa’ ma’ Bah f’Tas-Sliema fejn għaddielu l-pakkett bid-droga u dan tal-aħħar ħallas għalih. L-analiżi tal-pulizija kkonfermat li l-pakkett kien fih 801 gramma kannabis grass b’purità ta’ 7.2%, b’valur tat-triq ta’ aktar minn €20,000.

Twene kien tressaq il-Qorti u u fl-2016 kien ammetta l-akkużi kollha kontrih fejn ġie kkundannat ħames snin ħabs u multa ta’ €12,000.

Dwar il-każ ta’ Bah il-ġurati, li ħarġu bil-verdett tagħhom wara erba’ sigħat ta’ deliberazzjoni, fejn sabu li Bah ma kienx ħati ta’ konfoffa għat-traffikar iżda sabuh ħati biss tal-pussess sempliċi ta’ kannabis.

Il-Qorti iddeferi l-każ għal ġimgħa d-dieħla biex tisma’ s-sottomissjonijiet fuq il-piena u biex tagħti s-sentenza finali. 

Il-kawża kienet preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, bil-prosekuzzjoni rappreżentata mill-Avukati Ġenerali Maria Francesca Spiteri u Daniel Tabone, filwaqt li Bah qed jiġi assistit mill-avukat Simon Micallef Stafrace.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport