Wednesday, November 27, 2024

Mhux iktar obligatorju ċ-ċertifikat tat-tilqima fl-għoti tad-demm

Aqra wkoll

Wara li ġew rilaxxati diversi miżuri li kellhom l-għan li jikkontrollaw u jrażżnu l-firxa tal-imxija tal-Covid-19, tħabbar issa li m’għadux aktar obligatorju fuq min min jersaq biex jagħti demm li jippreżenta ċertifikat li ħa t-tilqima kontra l-Covid-19 u attwalment lanqas hemm għalfejn ikun imlaqqam.

Sadanittant, iċ-ċentru tal-għoti tad-demm ta’ Gwardamanġa se jibqa jifgtaħ kuljum in kjluż fil-Ħdud u l-festi pubbliċi bejn it-8.00 a.m u s-6.00 p.m.

Il-Mobile Blood Donation Unit nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru se jkun fil-pjazza quddiem il-knisja parrokkjali tal-Qrendi mit-8.30am sas-1.00pm mnejn imbagħad, nhar it-Tlieta 21 ta’ Settembru se jkun fil-parkeġġ tal-PAMA fil-Mosta.

L-għoti tad-demm se jkun jista jsir ukoll fil-Berġa tax-Xewkija Għawdex nhar it-Tlieta 21 ta’Settembru mit-8.00 a.m sas-1.00 p.m.

Sport