Thursday, March 28, 2024

“Mhux il-mument li nitkellmu dwar id-data tal-elezzjoni ġenerali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara d-diskors tiegħu b’rabta mal-budget 2022, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kif tkellem fid-diskors tiegħu ftit tax-xhur ilu konna qegħdin nitkellmu dwar budget li jeħtieġ jiġi mfassal, imħabbar u implimentat mill-gvern. Illum huwa jinsab f’pożizzjoni li jħares lejn l-implimentazzjoni tiegħu, il-leġiżlatura tintemm f’Ġunju tas-sena d-dieħla u għaldaqstant biex il-budget ikun implimentat kollu neċessarjament se jkun hemm bżonn tal-mandat tal-poplu.

Rigward it-tħabbir tad-data tal-elezzjoni ġenerali, Abela qal li ma jaħsibx li huwa l-mument opportun li jitkellem dwar dik id-data, iżda għamilha ċara li d-deċiżjoni ta’ din id-data tkun motivata minn ħaġa waħda biss li huwa l-interess nazzjonali. 

Ekonomija

Sport