Wara l-aħbar li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien issospenda ruħu minn deputat parlamentari, l-istess Azzopardi kitebb jirringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ. Azzopardi kiteb jgħid “ma nistax inlaħħaq mal-messaġġi li deħlin minn bosta biex jagħtuni kuraġġ jew jirringrazzjawni tal-pass li għamilt.”
Huwa kompla biex jgħid li mal-ħin dawn se jkunu qed jindunaw għaliex ħa din id-deċiżjoni. Huwa tenna jgħid li “Din biss ngħidilkom. Sakemm nibqa’ b’saħħti jien naħlifilkom li ĦADD mhu ħa jsikkitni jew jagħlaqli ħalqi u naħlef li nibqa’ niggieled ‘il-kriminali li ħakmu pajjiż.”
Huwa qal li ġieli għamel żbalji, iżda li tgħallem minnhom. Kompla jgħdid li qatt ma xxaħħam jew inxtara, qatt ma kiel il-kirxa ma assassini u ħallelin, qatt ma qassam flus il-korruzzjoni, qatt ma organizza hold ups, qatt ma stieden id-dar assassini li joqtlu b’kuntratt, qatt ma kellu konti sigrieti, qatt ma kkonsma jew ttraffika droga, qatt ma organizza kuntrabandu ta’ miljuni ta’ sigaretti.
Azzopardi żied jgħid li post il-ħallelin u l-kompliċi fil-qtil mhux posthom fil-Parlament jew fil-politika imma l-ħabs.
Huwa temm jikteb “Għadkom ma tafunix. Jien Pawlist. Nazzjonalist minn Raħal Ġdid. Kburi.”