Saturday, December 14, 2024

“Mhux minnu li hemm 150 klassi bla għalliema”

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-MUT iddum biex tkellem lil membri tagħha u twassal għal dewmien fid-deployment

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Justyne Caruana, flimkien mas-Segretarju Permanenti, Frank Fabri u uffiċjali oħra fi ħdan il-Ministeru ħabbru li mhuwiex minnhu li hemm 150 klassi madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin li jinsabu mingħajr għalliem/a. Kien għalhekk li nhar il-Ġimgħa, il-Ministeru daħħal mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MUT fil-Qorti, biex tevita milli treġġa lura l-progress li sar fl-aħħar sena.

Dan iddikjarawh f’konferenza stampa bħala reazzjoni għal dak li qalet il-Malta Union of Teachers (MUT), aktar kmieni ilbieraħ stess. 

Il-President tal-MUT, Marco Bonnici, qal li din is-sitwazzjoni żvolġiet is-Sibt li għadda, “prinċiparjament meta numru kbir ta’ għalliema li huma fis-servizz jew peripatetiċi intbagħtu biex jieħdu klassi tal-primarja. Azzjoni li ttieħdet fl-aħħar minuta biex, skont informazzjoni li għandna, jimtlew 150 post vakant li hemm fil-primarja.”  

Tajjeb li wieħed ifakkar li ftit jiem ilu l-unjin tal-għalliema ddikjarat tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Edukazzjoni kawża ta’ nuqqas ta’ qbil fuq għalliema peripatetiċi. F’din it-tilwima industrijali, 33 edukatur qiegħed isegwi direttivi individwali. 

X’wassal għas-sejħa tal-għalliema peripatetiċi?

Minn naħa l-oħra, il-Ministru Justyne Caruana spjegat, li kawża tal-pandemija, l-ammont totali ta’ klassijiet addizzjonali, għal din is-sena, tela’ għal 45. 

Hija elenkat kif dan in-numru ġie attribwit minn numru ta’ fatturi. Qabel xejn, l-ewwel kontributur għal din iż-żieda kien il-Covid-19. It-tieni fattur li wassal għal dan iż-żieda u 22 mit-total ta’ klassijiet żejda kien in-numru kbir ta’ reġistrazzjonijiet tat-tfal biex jattendu l-iskola. Dan filwaqt li kellu jinstab 27 għalliema oħra wara li 27 edukatur ġie promoss għal assistent kap tal-iskola. 

Madankollu hija qalet li, “għandna cohort ta’ 500 għalliema parapatetiċi disponibbli li s-sena l-oħra ntużaw biex jimlew il-klassijiet addizzjonali. Din is-sena, abbażi tas-suċċess li kien hemm is-sena li għaddiet, irrikorrejna għall-istess mudell u kull m’għandna bżonn huwa 81. Minn dawn, 22 minnhom, b’mod volontarju riedu li flok jibqgħu jgħallmu s-suġġetti parapatetiku, iddeċidew li jingħataw klassi (fl-iskejjel primarji).” 

Il-Ministru fakkret li dawn l-għalliema peripatetiċi huma mħarrġa u għaldaqstant ikkwalifikati biex jgħallmu studenti tal-primarja daqs għalliema oħra. Għaldaqstant hija enfasizzat li l-ebda student, speċjalment dawk li għandhom bżonn sapport speċifiku, mhu ser jiġi affettwat minn dawn l-għażliet. 

“Kellna nirrikorru għal kull mezz possibbli. Dan jinkludi kull mezz ta’ djalogu; kemm informali u formali però dak ukoll legali biex nassiguraw li l-għalliema tagħna, nhar l-Erbgħa ma jiġux imxekkla jew ostakolati milli ikunu fil-klassijiet fejn hemm l-istudenti, it-tfal tagħna,” qalet il-Ministru. 

Is-Segretaru Permanenti, Frank Fabri qal li ilbieraħ, sitt elef edukatur daħal lura fil-post tax-xogħol, “l-ikbar numru li qatt kellu impjegati miegħu l-Ministeru tal-Edukazzjoni.” Apparti minn hekk huwa qal li r-reklutaġġ tal-edukaturi interessati jaħdmu fis-settur ilu li beda mis-sena skolastika li għaddiet, fis-16 t’April u għadu miftuħ nsa’ llum il-ġurnata. 

Aktar informazzjoni dwar il-kunflitt bejn il-Ministeru u l-MUT

Sadanittant Fabri spjega kif din il-kwistjoni kienet sorpriża għalihom, għal fatt li mil-lat ta’ protokolli, din ma kinitx waħda ġdida iżda inħadmet fuq il-mudell li ġie applikat is-sena li għaddiet, mudell li bħal ma spjegat il-Ministru Caruana, wera li ħadem mir-riżultati nkoraġġanti li wera. 

Huwa qal li, “dis-sena ingaġġajna aktar għalliema milli kieku għandna bżonn għal klassijiet reali. Li ma nistgħux nifmu kif dan il-ftehim li kellna s-sena skolasitka li għaddiet, li jintuża għalliema parapetetiċi, sar u sar fi ftehim mal-unjin li tgawdi  l-għarfien ewlieni.”

Waqt il-mistoqsijiet mill-ġurnalisti huma spjegaw kif il-Ministeru tenna u tefa pressjoni fuq l-MUT biex javża lill-membri tal-unjin minnu fih meta ltaqgħu fl-24 t’Awwissu. Jidher iżda li dawn ġew infurmati biss fit-22 ta’ Settembru, ġimgħa biss qabel il-ftuħ tal-iskola primarja. Fabri spjega li l-proċess ta’ “deployment”,  jista’ jibda bissla darba l-unjin tiltaqa mal-membri tagħha u kien għal din ir-raġuni għaliex ġew infurmati nhar is-Sibt, l-għada li ddaħħal il-mandat ta’ inibizzjoni, il-Qorti. 

Ekonomija

Sport