Tuesday, December 24, 2024

“Mhux minnu li l-Professur Charmaine Gauci irriżenjat” – Il-Ministeru tas-Saħħa

Aqra wkoll

Minkejja l-appelli kontinwi kemm min-naħa tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll tal-Prim Ministru Robert Abela biex ma jinxterdux xnigħat b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, jidher li dawn waqgħu fuq widnejn torox.

Fl-aħħar sigħat xnigħat fuq il-midja soċjali bdew jallegaw li l-Professur Charmaine Gauci kienet irriżenjat mill-kariga tagħha minħabba nuqqas ta’ qbil fir-rilaxx ta’ restrizzjonijiet b’rabta mal-ftuħ ta’ stabbilimenti fost is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19. 

Intant kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa li għamel kuntatt ma’ dan is-sit ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u faħħar il-motivazzjoni tal-ħidma ta’ Charmaine Gauci li qiegħda taħdem kontinwament biex tgħin f’din is-sitwazzjoni tal-pandemija. 

Il-Prim Ministru Robert Abela ma naqasx milli jirreaġixxi għal dawn ix-xnigħat u ddeskrivhom bħala Fake news fuq livelli li qatt ma dehru qabel li se jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ekonomija

Sport