Wednesday, December 25, 2024

Mhux rakkomandat għawm fi Qui Si Sana minħabba żbroff ta’ drenaġġ

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba żbroff ta’ drenaġġ għal ġol-baħar fil-Bajja ta’ Qui Si Sana, Tas-Sliema (taħt it-taraġ) (Kodiċi tas-Sit B 14), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 bejn is-7:00 a.m. u t-3:00 p.m. jew jibgħat e-mail fuq [email protected], [email protected] jew [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Ekonomija

Sport