Saturday, December 21, 2024

Mhux rakkomandat għawm fil-bajja ta’ Qui Si Sana

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, qiegħed javża li minħabba żbroff ta’ drenagg fil-baħar fil-Bajja ta’ Qui Si Sana (taħt it-taraġ) (Kodiċi tas-Sit B 14), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess Direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected][email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook

http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626  jew is-sit uffiċjali fuq

https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport