Quddiem id-disfatta li ġarrab il-Gvern ta’ Giorgia Meloni bit-telfa fir-referendum dwar riformi ġudizzjarji, fil-Parlament Taljan iddikjarat li mhu se jkun hemm l-ebda riżenji ta’ Gvern u mhu se jkun hemm l-ebda reshuffles. Hi ddikjarat li ‘se niggvernaw għall-ħames snin”. Dan ifisser li l-Gvern Taljan preżenti għandu sa Settembru tas-sena d-dieħla.
Il-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni iddikjarat li minkejja t-telfa tar-referendum fuq ir-riformi fil-ġustizzja, il-gvern se jerġa’ jibda jaħdem fuq ir-riformi fis-sistema tal-ġustizzja. Enfasizzat li l-Gvern mhux se jabbanduna l-ħidma tiegħu ta’ riforma tal-ġustizzja iżda se jikkollabora din id-darba minflok ma jipprova jgħaddi riformi b’mod mgħaġġel. Iddikjarat li l-pajjiż jeħtieġ soluzzjonijiet konkreti u kuraġġużi, favur il-ġudikatura.
Meloni saħqet li “t-tama tiegħi hi li x-xogħol fuq din ir-riforma mhux se jiġi abbandunat, kif probabbilment jittamaw xi wħud, għax il-problemi għadhom jeżistu, u għandna d-dmir li nsibu soluzzjonijiet konkreti, kuraġġużi u effettivi, idealment fi klima ta’ kollaborazzjoni. Dan irid isir favur ġudikatura ħielsa minn restrizzjonijiet politiċi u ideoloġiċi.”

