Saturday, December 28, 2024

Mhux se jkun permess li l-pubbliku jkun f’kuntatt mal-annimali fiż-żoos

Tibdil fir-regolamenti dwar iż-żamma tal-annimali fiż-żoo

Aqra wkoll

Fi żmien xagħrejn, se jkun hemm tibdil fir-regolamenti dwar iż-żamma tal-annimali fiż-żoos f’pajjiżna. Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ġie spejgat dan kollu.

Kull persuna b’liċenzja li jkollu żoo f’pajjiżna, ma jistax japplika għat-tieni liċenzja kif kien isir s’issa. Fost it-tibdil li se jkun hemm, ir-regolamenti l-ġodda jitkellmu dwar “annimali perikolużi” li issa se jkun hemm regoli stretti ħafna dwar kif għandhom jinżammu.

Ir-regolamenti l-ġodda jitkellmu wkoll dwar li kull żoo għandu jkollu programm għas-saħħa tal-annimali u anke faċilitajiet apposta għas-saħħa tal-istess annimali.

Kull żoo għandu jmexxi programm ta’ riċerka u konservazzjoni taħt regoli li se jkunu qegħdin jitħabbru fiż-żmien li ġej. Kull ‘breeding’ tal-annimali li jkun hemm fl-istess żoo għandu jsir biss wara li tinġieb l-approvazzjoni tad-Direttur. Is-sidien ta’ dawn il-postijiet għandhom jieħdu miżuri biex jipprevedu li l-annimali jgħammru lil xulxin.

Fost it-tibdil fir-regolamenti l-ġodda se jkun hemm li f’kull żoo għandu jkun hemm faċilitajiet tal-Ewwel Għajnuna.

L-istess regolamenti jgħidu li l-pubbliku mhux se jkun jista’ jkollu aktar kuntatt mal-annimali u dan sakemm ma jkunx hemm permess u linji gwida mid-Direttorat.

Il-Veterninarji se jkunu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet f’dawn il-postijiet mill-inqas darba f’sena, filwaqt li l-istess spetturi se jkunu qegħdin jaraw li l-istess żoos qegħdin joperaw skont il-liġi.

Dan it-tibdil qiegħed isir wara li f’Novembru tal-2020 ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika. Għal din il-konsultazzjoni l-awtoritajiet irċevew 1,506 kumment minn diversi persuni li ġejjin minn setturi diversi.

Imbgħad fis-6 ta’ Novembru tal-istess sena saret laqgħa mas-sidien taż-żoos f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport