Thursday, March 26, 2026

“Mhux se naħbi minnek l-imrar li għandi dwar kif intemm il-vjaġġ ministerjalitiegħi”

Aqra wkoll

…..aktar riżenji fl-Italja….wara t-telfa ta’
Meloni fir-referendum

Wara li l-poplu Taljan warrab il-Gvern ta’ Meloni u m’aċċettax f’referendum is-suppost li redet twettaq fil-qasam tal-ġustizzja, komplew iseħħu aktar riżenji. Wara r-riżenja tas-Sotto Segretarju fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Andrea Delmastro, irriżenjat il-Ministru tat-Turiżmu tal-Italja, Daniela Santanche.
Wara li kienes Meloni stess li tefgħet dikjarazzjoni biex Santanche tirriżenja, it-tluq tagħha hu sinjal li l-gvern tal-lemin tal-Italja, li ilu jmexxi 3 snin u nofs, iddgħajjef. It-telfa ta’ nhar it-Tnejn hi waħda mill-kawżi li qiegħda tikxef din id-djgħufija.

Meloni kienet talbet ir-riżenja ta’ Santanchè wara li żewġ uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja rriżenjaw. Fi stqarrija nhar it-Tlieta, Meloni qalet li tittama li Santanchè tieħu deċiżjoni simili “fl-istess spirtu ta’ sensittività istituzzjonali.”

Santanchè, li kienet meqjusa bħala membru ewlieni tal-partit Fratelli d’Italia ta’ Meloni, saritilha ħsara politika f’investigazzjonijiet fit-tul dwar allegazzjonijiet ta’ frodi. Hija konsistentement ċaħdet kwalunkwe għemil ħażin.

Santanchè rnexxielha tegħleb mozzjoni ta’ sfiduċja fl-2023 u kienet ilha tgawdi l-appoġġ ta’ Meloni.

Santanchè ħabbret ir-riżenja tagħha fi stqarrija lil Meloni, fejn qalet li se “tobdi” x-xewqat ta’ Meloni. Iddikjarat li “mhux se naħbi minnek l-imrar li għandi dwar kif intemm il-vjaġġ ministerjali tiegħi, iżda f’ħajti jien imdorrija nħallas id-djun tiegħi stess — u spiss dawk ta’ ħaddieħor,” kitbet Santanchè.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport