Tuesday, May 14, 2024

“Mhux se nieqfu qabel issir ġustizzja sħiħa u toħroġ il-verità kollha”

Repubblika ssostni li kull min hu mċappas b'demm Daphne jrid jirrispondi għal għemilu

Aqra wkoll

Il-Moviment tas-Soċjetà Ċivili Repubblika fi stqarrija maħruġa wara s-sentenza mogħtija lill-aħwa Degiorgio qalet li l-ammissjoni tal-aħwa Degiorgio li huma poġġew u splodew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia huwa pass lejn il-ġustizzja u lejn il-verità.

Repubblika qalet li madanakollu l-ġustizzja issir biss meta kull min hu mċappas b’demm Daphne billi qabbad u ħallas lill-aħwa Degiorgio biex joqtlu lil Daphne, kull min kien jaf x’inhu għaddej u m’għamel xejn, kull min għamel minn kollox biex jinħbew il-fatti u kull min ħadem biex ifixkel l-investigazzjonijiet jirrispondi ta’ għemilu u jġorr il-konsegwenzi ta’ dak li għamel jew dak li naqas li jagħmel.

Fakkret fl-allegazzjonijiet ta’ uħud li pruvaw jimplikaw lill-membri ta’ din il-familja f’dan il-qtil u sostniet li dawn imisshom jitolbuhom apoloġija.

Repubblika kitbet tinnota l-apprezzament tagħha għall-ħidma tal-Prosekutur u t-tim tiegħu, tal-investigaturi, u tal-maġistrati u l-imħallef li ħadmu f’dan il-każ.

Repubblika tenniet l-impenn tagħħa li mhux se tieqaf qabel issir ġustizzja sħiħa u toħroġ il-verità kollha.

“Nistiednu lil kulħadd biex nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30 pm jingħaqad magħna fil-marċ ta’ protesta fil-Belt Valletta”, temmet tgħid l-istqarrija.

Sport