Saturday, December 14, 2024

“Mhux se nikkontesta għal xi kariga ġdida fil-PN meta jispiċċa t-terminu tal-Viċi Kap”

Aqra wkoll

Il-Viċi Kap tal-Parti Nazzjonalista għall-affarijiet tal-partit Robert Arrigo ħabbar li mhux se jkun qiegħed jikkontesta għal xi kariga ġdida fi ħdan il-Partit Nazzjonalista meta jispiċċa t-terminu tal-Viċi Kap.

Huwa ħabbar dan waqt li kien qiegħed jieħu sehem fil-programm NET Live imtella’ fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista. Huwa ddikjara li se jkun qiegħed jirriżenja mill-kariga ladarba jintemm it-terminu tiegħu.

Huwa qal li għamel minn kollox minkejja li saħħtu ma kinitx fl-aqwa tiegħu u stqarr li qatt ma kien wieħed li jagħmel il-house visits fl-aħħar xahar tal-kampanja, iżda li dejjem kien hemm man-nies. Huwa ta kelmtu li se jkun qiegħed jagħti s-servizz tiegħu lil dawk kollha li wrewh il-fiduċja speċjalment dawk fuq id-disa’ u l-10 distrett. 

Huwa qal li se jibqa’ jaħdem għal Malta u għall-PN waqt li rringrazzja lill-elettorat li reġa’ eleġġieh fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport