Thursday, December 26, 2024

“Mhux talli ma wasalniex fl-aħħar fażi, iżda għadna biss fil-bidu tal-pandemija”

Aqra wkoll

Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel qalet li l-pajjiż jeħtieġ li jibqa’ għaqli u attent biex jirnexxielu jikkontrolla l-pandemija tal-Covid-19 għax fi kliemha “mhux talli ma wasalniex fl-aħħar fażi, iżda għadna biss fil-bidu”.

Hija wissiet fil-parlament li din is-sitwazzjoni se jkollha ttawwal għal perjodu ta’ żmien u sostniet li hemm bżonn ta’ koperazzjoni u għaqda bejn l-istati membri tal-UE biex jingħeleb dan il-virus.

Merkel qalet li l-Ġermanja għandha tkun preparata biex tagħmel differenza u tkun ta’ aktar kontribut fil-baġit tal-UE.Intant fis-sigħat li ġejjin l-UE mistennija tiffirma fond ta’ emerġenza ta’ €540 biljun sabiex tipproteġi ħaddiema li jaħdmu fl-istati membri, negozji u pajjiżi l-aktar affettwati minn din il-pandemija.

Ekonomija

Sport