Monday, December 23, 2024

“MHUX VERU”… Azzopardi jiċħad dwar rapporti

Aqra wkoll

Kompla jinstema’ l-każ ta’ libell li l-Ministru Carmelo Abela fetaħ kontra d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar kitba fuq il-midja soċjali li fiha implika lill-Ministru Abela fl-attentat tal-hold-up tal-HSBC.

Rapporti fil-midja lokali qed jallegaw li quddiem il-maġistrat Rachel Montebello, id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi xehed li ma kienx qed jirreferi għall-Ministru Abela meta kiteb fuq il-midja soċjali, imma kien qed jagħmel referenza għal eks politiku.

Intant b’reazzjoni għal dawn ir-rapporti, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ċaħad u qal li “Jien MHUX VERU li xehedt li ma kontx qed nirreferi għalih fil-kuntest ta’ dan il-hold up. Ieqfu qarrqu ja qabda giddibin”. 

Ekonomija

Sport