Sunday, December 22, 2024

Miame Too tmexxi l-flotta tat-tieni tellieqa tal-RMYC Short Coastal Series

Aqra wkoll

It-tieni tellieqa tal-RMYC Short Coastal Series rat lill-Club jilqa’ flotta kemmxejn iżgħar minn dik li laqa’ fl-ewwel tellieqa.

L-Uffiċjal tat-Tellieqa, Peter Dimech, bagħat il-flotta lejn Kemmuna. Il-bidu tat-tellieqa rat il-flotta toħroġ bil-mod mill-Port ta’ Marsamxett qrib il-Ponta Ta’ Tigne.  Il-jott Grand Soleil 58 ta’ Ralph Landwehr, Miame Too mxiet fuq quddiem bi ftit distakk bejna u bejn il-jott Jarhead, tal-Jarhead Foundation u l-cruiser Dufour 45GL KonTiki ta’ Ferdinand Grech.

B’riħ medja ta’ madwar 12-il mil nswtiku fis-siegħa,  il-korsa qasira ta’ 27 mil nawtiku xorta pprovdiet ġurnata pjaċevoli fuq il-baħar b’Miame Too l-ewwel jott li daħal ħdejn ir-Royal Malta Yacht Club wara nofsinhar. Warajhom daħal il-jott ta’ Andrew Agius Delicata/Matthew Gabriele’s Vivace u Jarhead. Ta min isemmi lil Brian Flahive li ħa sehem fit-tellieqa waħdu fuq il-J92 Juniper.

Il-klassifikia finali tinħareġ ladarba il-Klassifikazzjonijiet IRC individwali jiġu pproċessati.

It-tellieqa li jmiss tas-Serje se ssir il-Ħadd 6 ta’ Marzu, fejn il-Klabb mistenni jilqa flotta b’saħħitha.

Aktar informazzjoni dwar il- RMYC Short Coastal Series jinstab fuq www.rmyc.org

Ekonomija

Sport