Michael Keown ħareġ rebbieħ fil-Handicap Challenge Cup, kompetizzjoni prestiġġjuża organizzata mir-Royal Malta Golf Club hekk kif spiċċa tlieta taħt il-par fuq żewġ rounds ta’ logħob. Hu kien konsistenti tul il-jumejn ta’ logħob li kienu ferm diffiċli għad-90 plejer li ħadu sehem minħabba r-riħ u x-xita kontinwa li ħakmu l-korsa tal-golf fil-Marsa.
Fit-tieni post spiċċa Pavel Lunev filwaqt li Panos Baltzis temm fit-tielet pożizzjoni f’kompetizzjoni li kienet ferm missielta.
Il-Handicap Challenge Cup hi waħda mill-iktar kompetizzjonijiet antiki ta’ dan l-isport hekk kif bdiet tintlagħab lura għas-sena 1891 u hi meqjusa bħala t-tielet trofew maġġuri tar-Royal Malta Golf Club.

