Sunday, November 24, 2024

Michael Schumacher jagħlaq 53 sena

Aqra wkoll

L-eks sewwieq tal-Ferrari u tal-Formula Wieħed, Michael Schumacher, nhar it-Tnejn għalaq 53 sena hekk kif qed ikompli bil-battalja tiegħu biex jirkupra minn inċident kritiku waqt skiing lejn tmiem is-sena 2013. 

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja irċieva xewqat għal għeluq snin minn bosta sewwieqa u eks-sewwieqa, ħbieb u oħrajn li qasmu s-snin ta’ glorja mat-team Taljan mill-2000 sal-2004, wara li rebaħ l-ewwel żewġ titli tiegħu ma’ Benetton f’nofs is-snin 90.

L-eks kap tat-tim tal-Ferrari Jean Todt, li dan l-aħħar temm il-mandat tiegħu bħala president tal-korp governattiv FIA, sostna fuq Twitter li l-Ġermaniż, li jaqsam ir-rekord ta’ numru ta’ titli tal-F1 mal-Brittaniku Lewis Hamilton, kien għadu figura ta’ ispirazzjoni għal ħafna.

“L-għeluq it-tajjeb Mike! F’din il-ġurnata speċjali niċċelebraw leġġenda kbira #F1 u ħabib għażiż. Michael @schumacher int tkompli tkun ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. L-imħabba tiegħi lejk f’dan l-anniversarju ta’ għeluq sninek. #MichaelSchumacher #TeamMichael” 

Sport