Saturday, December 28, 2024

Michail Antonio jirbaħ il-premju tal-Player tax-Xahar tal-Premier League għal Awwissu

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ West Ham United Michail Antonio rebaħ il-premju tal-Player tax-Xahar tal-Premier League għal Awwissu.

Il-player ta’ 31 sena kellu bidu mill-aqwa għall-istaġun il-ġdid, fejn skorja erba’ goals u pprovda tliet assists fl-ewwel tliet logħbiet tal-kampjonat għall-Hammers.

Id-doppjetta ta’ Antonio fir-rebħa ta’ 4-1 ta’ West Ham fuq Leicester City ħadet lill-internazzjonali tal-Ġamajka li għadu kemm iddebutta mat-team nazzjonali Ġamajkan b’49 goal fil-Premier League, tnejn iktar mil-leġġenda tal-club Paolo Di Canio, qabel skorja l-50 goal tiegħu fid-draw ta’ 2-2 kontra Crystal Palace.

Din hija t-tieni darba li l-attakkant rebaħ l-unur tal-Player tax-Xahar, bl-ewwel premju tiegħu ikun dak li rebaħ f’Lulju 2020.

Antonio sar ukoll l-ewwel player ta’ West Ham li rebaħ dan il-premju ta’ kull xahar minn mindu l-player li jinsab misluf mal-Hammers mingħand Manchester United Jesse Lingard, rebaħ il-premju f’April.

L-ex player ta’ Sheffield Wednesday u Nottingham Forest rebaħ dan l-unur minn  fost sħabu nominati Mason Greenwood, Marcos Alonso, Eric Dier, Demarai Gray kif ukoll sieħbu fit-team tal-Hammers, Said Benrahma.

Ekonomija

Sport