Il-kowċ tat-tim nazzjonali Pollakk Michal Probierz kellu jirriżenja mill-kariga tiegħu biss erbat ijiem wara li Robert Lewandowski ddikjara li sakemm se jkompli hu fil-kariga, mhux se jilgħab iktar taħtu. Dan kollu jasal ukoll wara t-telfa sorpriża li l-Polonja sofrew kontra l-Finlandja bl-iskor ta’ 2-1.
Lewandowski qal li tilef kull fiduċja fil-kowċ wara li dan neħħih minn captain tal-Polonja
Lewandowski jibqa’ l-aqwa skorer fl-istorja tat-tim nazzjonali Pollakk. Probierz, li għandu 52 sena, kien ilu jmexxi lill-Polonja sa mis-sena 2023.