Monday, November 11, 2024

Michela Lia tiggradwa b’distinction fil-Masters tagħha fil-Psikoloġija tal-Isport

Aqra wkoll

Il-Malta Sports Scholarship Scheme, li hija ffinanzjata mill-Gvern ta’ Malta, għandha rwol biex tgħin lill-atleti, kowcis, u anke professjonisti fl-isport biex jitħarrġu fuq livell għoli. Michela Lia intaghazlet għal scholarship professjonali ghall-Masters fil-psikoloġija tal-isport fl-Universita’ ta Stirling u għadha kemm temmet il-kors b’suċċess ġewwa l-Iskozja.

Michela Lia ffukat ir-riċerka tagħha fuq l-ansjetá qalb atleti Maltin fl-isport tal-OCR. Din ir-riċerka ġiet meqjusa ta’ kwalità għolja u hija ġiet mogħtija distinction.

Lia tippjana biex tiġi lura Malta fix-xhur li ġejjin u tibda taħdem mal-atleti taħt superviżjoni sabiex tikseb il-warrant ta’ psikologa fl-isport fis-snin li ġejjin.

“Ilha x-xewqa tiegħi li nispecjalizza f’dan il-qasam. Nemmen li atleta diffiċli joħroġ il-potenzjal tiegħu jekk mentalment ma jkunx preparat. Inħoss li għandna nagħtu importanza tas-saħħa mentali tal-atleti tagħna u nieħdu approċċ ħolistiku.”

Sport