Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-taekwondo?
Meta kont żgħira kont ngħix il-Greċja. Kelli ħabiba li riedet tibda tittrenja t-taekwando, u bdejt magħha. Mis-sekonda li dħalt ġo dak id-Dojang,sirt inħobb dan l-isport. U kull sessjoni ta’ taħriġ li nagħmel dik l-imħabba lejn l-isport tkompli tikber.
X’tikkummenta fuq l-unur prestiġjuż li rbaħt riċentement?
Naħseb li veru kelli prestazzjoni tajba. U li hija kisba kbira mhux għalija biss, imma għal Malta wkoll.
Kif tqis il-livell tat-taekwondo f’pajjiżna?
Il-livell tat-taekwondo f’pajjiżna għamel passi kbar ‘ilquddiem f’dawn l’ahhar sentejn, u kburija li nista’ ngħd li sirna nlaħħqu mal-pajjizi l-oħra Ewropej.
Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek tal-iskola u mat-taekwando?
Mhux facli tlaħħaq mat-tnejn, speċjalment dis-sena meta wasalt għall-O levels u l-ammont ta’ xogħol akkademiku żdied ħafna. Peró, nipprova nippjana kemm nista’ x-xogħol ħalli nkun nista’ niddedika l-ħin li hemm bżonn, kemm għall-iskola kif ukoll għat-taħriġ. L-għalliema tiegħi jgħinuni ħafna wkoll, għaliex meta nkun msiefra li huwa ta’ spiss, jibgħatuli x-xogħol li nkun tlift l-iskola.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-taekwando?
L-għan kbir tiegħi huwa li nikkwalifika għall-Olimpjadi li jmiss ta’ Los Angeles fl-2028.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika t-taekwondo.
It-taekwondo mhux biss arti marzjali, imma huwa mod kif tgħix il-ħajja. Huwa jgħinek titgħallem tiffoka, tkun dixxiplinat, u tgħix ħajja bilanċjata.