Hekk kif l-istennija għall-impenji internazzjonali ta’ Malta ta’ Settembru qed tkompli tikber, it-tħejjijiet tat-tim nazzjonali għadhom għaddejjin. L-iskwadra inizjali ta’ 31 plejer, imħejjija bir-reqqa biex tirrappreżenta l-aqwa talent tal-futbol Malti, issa ġiet imnaqqsa għal 26.
Fl-aħħar aġġornament, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Michele Marcolini, ħa l-passi meħtieġa biex jiffinalizza l-iskwadra għall-isfidi li ġejjin. L-iskwadra inizjali ta’ 31 plejer ġieti imnaqqsa għal dik ta’ 26 plejer. Malta tilgħab kontra Ġibiltà f’partita ta’ ħbiberija internazzjonali nhar l-Erbgħa li ġej 6 ta’ Settembru fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali (kick-off 8.00pm). Malta mbagħad tiffaċċja l-Maċedonja ta’ Fuq f’partita ta’ Kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 li se ssir ġewwa darna nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru (kick-off 8.45pm).
Għada, dawn is-26 plejer, inklużi dawk li jilagħbu barra minn Malta, se jinġabru f’lukanda biex jibdew il-preparamenti tagħhom għal dawn iż-żewġ impenji.
L-iskwadra ta’ 26 plejer hija din:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s FC), Jake Galea (Valletta FC)
Difensuri: Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Cain Attard (CF Os Belenenses – POR)
Midfielders: Juan Corbalan (Hamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Steven Pisani (Santa Lucia FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC) , Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC), Jake Grech (Balzan FC), Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Jodi Felice Jones (Notts County – ENG), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Hamrun Spartans)