Il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba ta’ anzjan ta’ 71 sena, hekk kif dan qal lill-Qorti li jrid li l-ġuri tiegħu jinstema mingħajr ġurati. L-anzjan jinsab mixli li disa’ snin ilu abbuża sesswalment minn tifla.
Fil-Qorti ingħad li l-każ imur lura għal Ottubru tal-2015, ġo residenza fix-Xgħajra, fejn allegatament l-imputat abbuża sesswalment minn tifla li suppost kien qiegħed jieħu ħsiebha.
Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u mill-Imħallfin Edwina Grima u Giovanni Grixti, qalu li f’dan il-każ m’hemm xejn li jostakola t-tkomplija tal-kawża, għax il-ġuri jista’ jsir xorta waħda bil-ġurati.
Il-Qorti tal-Appell għalhekk ċaħdet l-appell u bagħtet l-atti lill-Qorti Kriminali sabiex jibda l-ġuri.