Tottenham Hotspur qed ifittxu difensur għall-istaġun li ġej u l-għażla donnha waqgħet fuq il-plejer ta’ Wolfsburg Micky van de Ven. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u spikka ferm mat-tim Ġermaniż tul l-istaġun li għadda.
Wolfburg lesti li jinnegozjaw ma’ Spurs għalkemm iridu joħorġu mill-but is-somma ta’ €40 miljun għalih.
Minkejja kollox, Spurs qed jaraw ukoll il-profili ta’ Max Kilman u Piero Hincapie li wkoll huma difensuri.